Kesħa jew bard Cold weather

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal KESĦA jew BARD. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn forma ta’ ponn quddiem l-ispalel u bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala l-oħra. Il-ponnijiet jitriegħdu waqt li l-minkeb ma jimxix. Il-wiċċ serju u l-għajnejn jitbexqu ftit. It-tieni sinjal isir biż-żewġ idejn livell mal-qadd, forma ta’ ponn u bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala l-oħra u bid-dirgħajn magħfusin mal-ġisem. L-idejn jitilgħu kemm kemm ’il fuq bi skossi żgħar waqt li jersqu iktar qrib lejn xulxin.

There are two signs for COLD WEATHER. The first sign is made with both hands in the shape of fists in front of the shoulders and with palms facing each other. The palms tremble whilst the elbows are stationary. The facial expression is serious and the eyes close slightly. The second sign is made with both hands at waist level in the shape of fists with palms facing each other and with arms pressed against the body. The hands move slightly upwards in jerks whilst they move closer to each other.